Online Bible

- Reklamy -

LHUD 1 - IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA


Kapitlu 1 Alla tkellem permezz ta’ Ibnu

1 Alla fl-imgħoddi kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti.

2 Issa f’dan l-aħħar żmien, huwa kellimna permezz ta’ Ibnu, li hu għamlu werriet ta’ kollox, u li bih ukoll għamel il-ħolqien.

3 Hu, l-Iben, li hu d-dija tal-glorja ta’ Alla u x-xbieha tal-essenza tiegħu, u li jżomm id-dinja kollha bil-kelma setgħana tiegħu, wara li naddafna minn dnubietna, qagħad fuq il-lemin tal-kobor ta’ Alla fl-għoli tas-smewwiet,

4 u b’hekk sar daqshekk aqwa mill-anġli daqs kemm ogħla minn tagħhom hu l-isem li kiseb.


L-Iben hu akbar mill-anġli

5 Għax lil min mill-anġli qatt qal Alla: “Inti ibni, jiena llum nissiltek”? Jew: “Jiena nkun missieru, u hu jkun ibni”?

6 Imbagħad, hu u jdaħħal ’l Ibnu l-Kbir fid-dinja, jgħid ukoll: “Ħa jqimuh l-anġli kollha ta’ Alla.”

7 Għall-anġli tiegħu jgħid: “L-anġli tiegħu jagħmilhom irjieħ, lill-qaddejja tiegħu ilsna tan-nar.”

8 Imma għall-Iben jgħid: “It-tron tiegħek, O Alla, għal dejjem ta’ dejjem, ix-xettru tal-ġustizzja hu x-xettru ta’ saltnatek .

9 Ħabbejt is-sewwa u bgħadt il-ħażen; għalhekk Alla, Alla tiegħek, dilkek b’żejt ta’ ferħ aktar minn sħabek.”

10 U wkoll: “Int, Mulej, waqqaft l-art fil-bidu, u għemil idejk huma s-smewwiet.

11 Huma jintemmu, iżda inti tibqa’; huma lkoll bħal libsa jiqdiemu,

12 bħal mantar int tkebbibhom , bħal libsa huma jitbiddlu. Imma int, li int tibqa’, u s-snin tiegħek qatt ma jintemmu”.

13 Lil min mill-anġli qatt qal: “Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk”?

14 M’humiex huma wkoll spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu lil dawk li għandhom jiksbu s-salvazzjoni?

Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

Malta Bible Society
Následuj nás:



Reklamy