Online Bible

- Reklamy -

ĠENESI 10 - IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA


Kapitlu 10 Nisel Noè

1 U dan hu n-nisel ta’ wlied Noè: Sem, Ħam u Ġafet, u tweldulhom ulied wara d-dilluvju.


Ulied Ġafet

2 U wlied Ġafet kienu: Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek u Tiras.

3 Ulied Gomer kienu: Askenaż, Rifat u Togarma.

4 Ulied Ġawan kienu: Elisa, Tarsis, il-Kittin u r-Rodanin.

5 Minnhom ħarġu l-popli tax-xtajtiet tal-ġnus. Dawn kienu wlied Ġafet f’artijiethom, kull wieħed skont ilsienu, u skont il-familji tagħhom fi ġnushom.


Ulied Ħam

6 U wlied Ħam kienu: Kus, Misrajm, Put u Kangħan.

7 Ulied Kus kienu: Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma u Sabteka; u wlied Ragħma kienu Seba u Dedan.

8 Kus wiled lil Nimrod, li kien l-ewwel wieħed setgħan fl-art.

9 Kien kaċċatur qalbieni f’għajnejn il-Mulej: u għalhekk kienu jgħidu: “Bħal Nimrod kaċċatur qalbieni f’għajnejn il-Mulej.”

10 U l-bidu tas-saltna tiegħu kienu: Babel, Erek, Akkad, Kalni, fl-art ta’ Singħar.

11 Minn din l-art mar l-Assirja u bena ’l Ninwè, ’l Reħobot-għir, u ’l Kalaħ,

12 u ’l Resen, bejn Ninwè u Kalaħ; u din kienet il-belt il-kbira.

13 Misrajm wiled lil-Ludim, lill-Għanamin, lil-Leħabin, lin-Naftuħin,

14 lill-Patrusin, lill-Kasluħin, li minnhom ħarġu l-Filistin u l-Kafturin.

15 U Kangħan wiled lil Sidon, ibnu l-kbir, lil Ħet,

16 lill-Ġebusin, lill-Amurrin u lill-Girgasin,

17 lill-Ħiwwin, lill-Għarakin, lis-Sinin,

18 lill-Arwadin, lis-Semarin, lill-Ħamatin. U wara nfirdu l-familji tal-Kangħanin.

19 U l-medda ta’ art il-Kangħanin kienet tibda minn Sidon u tibqa’ sejra lejn Gerar sa Gaża, imbagħad tieħu lejn Sodoma u Gomorra, u lejn Edom u Sebojim sa Lasa.

20 Dawk kienu wlied Ħam skont il-familji tagħhom, ilsienhom, artijiethom u ġnushom.


Ulied Sem

21 U ’l Sem tweldulu t-tfal lilu wkoll. Hu missier l-ulied kollha ta’ Għeber, u kien ħu l-kbir ta’ Ġafet.

22 Ulied Sem kienu: Għelam, Assur, Arfaksad, Lud u Aram.

23 Ulied Aram kienu: Għus, Ħul, Ġeter u Mas.

24 Arfaksad wiled lil Selaħ, u Selaħ wiled lil Għeber.

25 Lil Għeber tweldulu żewġt itfal, wieħed kien jismu Peleg, għax fi żmienu tqassmet l-art, u isem ħuh kien Ġoktan.

26 U Ġoktan wiled lil Almodad, lil Salef, lil Ħasarmawt, lil Ġeraħ,

27 lil Ħedoram, lil Użal, lil Dikla,

28 lil Għobal, lil Abimajel, lil Seba,

29 lil Ofir, lil Ħawila, lil Ġobab. Dawn kollha wlied Ġoktan.

30 U l-art fejn kienu jgħammru kienet tieħu minn Mesa lejn Sefar sal-muntanji tal-Lvant.

31 Dawn kienu wlied Sem skont il-familji tagħhom, ilsienhom, artijiethom u ġnushom.

32 Dawn kienu l-familji ta’ wlied Noè skont in-nisel tagħhom, fi ġnushom; u minnhom ħarġu l-ġnus ta’ fuq l-art wara d-dilluvju.

Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

Malta Bible Society
Následuj nás:



Reklamy