SALMI 1 - IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSASalm 1 L-EWWEL KTIEB Salmi 1—41 L-hena veru tal-bniedem 1 Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin, li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa; 2 imma fil-liġi tal-Mulej hi l-għaxqa tiegħu, lejl u nhar jaħseb fil-liġi tiegħu. 3 Hu bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma li tagħmel il-frott fi żmienha, u l-weraq tagħha ma jidbielx; hu jirnexxi f’kulma jagħmel. 4 Mhux hekk il-ħżiena, mhux hekk; iżda huma bħal tibna li jtajjarha r-riħ. 5 Għalhekk il-ħżiena ma jifilħux għall-ħaqq, ma joqogħdux il-ħatja fil-ġemgħat tat-tajbin. 6 Għax triq it-tajbin il-Mulej jafha; imma triq il-ħżiena tintemm fix-xejn. |
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.
Malta Bible Society