Aanlyn Bybel

- Advertensies -

HOSEGĦA 1 - IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA


Kapitlu 1 Il-Profeta sinjal tal-imħabba ta’ Alla għall-poplu tiegħu

1 Il-kelma tal-Mulej li ġiet lil Hosegħa bin Beri, fi żmien Għużżija, Ġotam, Aħaż u Ħeżekija, slaten ta’ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam bin Ġowas, sultan ta’ Iżrael.

2 Meta fil-bidu l-Mulej tkellem permezz ta’ Hosegħa, qallu: “Mur, ħu b’martek mara żienja, ħa jkollok ulied iż-żina, għax l-art żniet billi twarrbu mill-Mulej.”

3 U mar u ħa b’martu lil Gomer bint Diblajm, u tqalet u wilditlu tifel.

4 U l-Mulej qallu: “Semmih Ġeżragħel, għaliex ftit ieħor, u jien nitħallas għad-demm ta’ Ġeżragħel minn dar Ġeħu, u ntemm is-saltna ta’ dar Iżrael:

5 meta jasal il-jum inkisser il-qaws ta’ Iżrael fil-wied ta’ Ġeżragħel.’

6 U reġgħet tqalet u wildet tifla; u l-Mulej qallu: “Semmiha Lo-ruħama, għaliex m’iniex se nħobb aktar id-dar ta’ Iżrael, m’iniex se naħfrilhom aktar.

7 Imma nħobb id-dar ta’ Ġuda, u nsalvahom bil-Mulej Alla tagħhom, u mhux bil-qaws, jew bis-sejf, jew bil-lanza, jew biż-żiemel, jew bir-rikkieba.

8 U fatmet ’il dik li kien jisimha Lo-ruħama u reġgħet tqalet, u wildet tifel.

9 U qal il-Mulej: “Semmih Lo-għammi, għax intom m’intomx il-poplu tiegħi u jiena m’iniex Alla tagħkom.

Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.

Malta Bible Society
Volg ons:



Advertensies